Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Frar 2008 - Jurado Hermanos vs L-UASI (JURADO)

(Kawża T-410/07 R)

("Miżuri provviżorji - Trade mark Komunitarja - Tħassir tat-trade mark - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Talba għas-sospensjoni tat-tħassir tat-trade mark - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jurado Hermanos, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: C. Martín Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. López Fernández de Corres, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tat-tħassir tat-trade mark Komunitarja verbali Nru 240218 u ta' l-effetti legali tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Settembru 2007 (Każ R 866/2007-2) dwar l-applikazzjoni għal restitutio in integrum imressqa minn Jurado Hermanos, sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi l-kawża prinċipali

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________