Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2010 - Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/07) 1

"Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta' konċentrazzjoni - Trasferiment tal-azzjonijiet kollha miksuba sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li tippreċedi t-twettieq tal-konċentrazzjoni - Rifjut milli jiġu ordnati miżuri approprjati - Nuqqas ta' kompetenza tal-Kummissjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aer Lingus Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Burnside, solicitor, B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati, sussegwentement minn A. Burnside u B. van de Walle de Ghelcke)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ryanair Holdings plc (Dublin) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy, D. Hull, solicitors, u G. Berrisch, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4600, tal-11 ta' Ottubru 2007, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiftaħ proċedura skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), u li tadotta miżuri provviżorji skont l-Artikolu 8(5) ta' dan ir-regolament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Aer Lingus Group plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni u minn Ryanair Holdings plc, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 8, 12.1.2008.