Language of document : ECLI:EU:T:2021:576


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Settembru 2021 – Ghaoud vs Il-Kunsill

(Kawża T-700/19)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet inkonnessjoni mad-dħul u mal-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea – Lista tal-persuni li huma s-suġġett ta’ restrizzjonijiet inkonnessjoni mad-dħul u mal-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Mewt tar-rikorrent”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Produzzjoni tardiva tal-provi u tal-offerti ta’ prova – Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85)

(ara l-punti 46, 47)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna interessata – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja – Raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti li taw motivazzjoni għaż-żamma tal-persuna interessata fil-listi tal-persuni li huma s-suġġett tal-imsemmija miżuri

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2019/1299 u (PESK) 2020/1137, Annessi II u IV; Regolamenti tal-Kunsill 2016/44, Anness III, 2019/1292 u 2020/1130)

(ara l-punti 58-63)

3.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2019/1299 u (PESK) 2020/1137, Annessi II u IV; Regolamenti tal-Kunsill 2016/44, Anness III, 2019/1292 u 2020/1130)

(ara l-punti 76-81)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1299 tal-31 ta’ Lulju 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2019, L 204, p. 44), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137 tat-30 ta’ Lulju 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 247, p. 40), inkwantu dawn iżommu isem Abdel Majid Al-Gaoud fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU 2015, L 206, p. 34), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1292 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2019, L 204, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 247, p. 14), inkwantu dawn iżommu isem Abdel Majid Al‑Gaoud fil-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU 2016, L 12, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 6, p. 10).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1299 tal-31 ta’ Lulju 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137 tat-30 ta’ Lulju 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati inkwantu dawn iżommu isem Abdel Majid Al-Gaoud fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1292 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati inkwantu dawn iżommu isem Abdel Majid Al‑Gaoud fil-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż ta’ Tareg Ghaoud, bħala eredi ta’ Abdel Majid Al‑Gaoud.