Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2023 – E EAD vs DW

(Kawża C-650/23, Hembesler 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E EAD

Konvenut: DW

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1), l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 2(j) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 261/2004”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jikkumpensa lill-passiġġier meta dan ikollu, fil-kuntest ta’ vjaġġi kollox kompriż (package travel), reżervazzjoni kkonfermata għal titjira bir-ritorn ma’ operatur tat-tour, li dan l-operatur tat-tour kien informa lill-passiġġier, il-jum qabel dak tat-titjira (bir-ritorn) li kienet ippjanata, li l-programm tat-titjira nbidel fir-rigward tan-numru, tal-ħin u tad-destinazzjoni finali tat-titjira; li, għaldaqstant, il-passiġġier ma ppreżentax lilu nnifsu għall-imbark fuq it-titjira inizjalment rriżervata taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 261/2004; li t-titjira inizjalment rriżervata hija madankollu effettivament operata kif ippjanat; u li t-trasportatur tal-ajru xorta waħda kien jittrasporta l-passiġġier kieku dan kien ippreżenta ruħu għall-imbark taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 261/2004?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.