Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Heßler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-369/22) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Taxxa stabbilita favur l-Unjoni – Tnaqqis fiskali – Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 – Tnaqqis għal wild dipendenti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Kunċett ta’ ‘wild dipendenti’ – Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Talbiet għal annullament – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà parzjali – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Heßler (Mannebach, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Steuer, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, essenzjalment, li jiġu annullati d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jiċħdu t-talbiet tiegħu għal tnaqqis fiskali għal kull waħda miż-żewġ wild bniet tiegħu u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni tiġi mġiegħla tagħtih, b’mod retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2021, u daqstant żmien li l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti, il-benefiċċju tat-tnaqqis fiskali inkwistjoni u li tiġi kkundannata għal-ħlas ta’ interessi fuq is-somom mhux imħallsa.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Michael Heßler u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 326, 29.8.2022.