Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2012 - Gandia Blasco vs UASI - Sachi Premium - Outdoor Furniture (Armchairs)

(Kawża T-339/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gandia Blasco, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sachi Premium - Outdoor Furniture, Lda (Estarreja, Il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 Mejju 2012 (R 970/2011-3)

tiddikjara d-disinn Komunitarju Nru 1512633-0001 ikkontestat invalidu, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn għal "pultruni, loungers" - Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 1512633-0001

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-rikorrenti ppreżentat talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju rreġistrat bbażata fuq l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; reġistrazzjoni ta' disinn Komunitarju Nru 52113-0001, għal "pultruni"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002

____________