Language of document : ECLI:EU:T:2014:54





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2014 — Gandia Blasco vs UASI – Sachi Premium-Outdoor Furniture (Pultruna kubika)

(Kawża T‑339/12)

“Disinn jew mudell Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna kubika — Disinn jew mudell preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

1.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Rappreżentazzjoni ta’ pultruna (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b) (ara l-punti 13, 16, 19, 37)

2.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b) (ara l-punti 14, 15)

3.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Liberta’ tal-kreatur (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(2) u 25(1)(b) (ara l-punti 17, 18)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Mejju 2012 (Każ R 970/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gandia Blasco, SA u Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gandia Blasco, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.