Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/12) 1

(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat – Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunfidenzjalità – Sigriet professjonali – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Steinle, M. Holm-Hadulla u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3534 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Evonik Degussa, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Evonik Degussa GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż inkluż għal dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.