Language of document : ECLI:EU:T:2014:858

Kawża T‑342/12

Max Fuchs

vs

L‑Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta stilla f’ċirku — Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw stilla f’ċirku — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti — Żamma tal-interess ġuridiku — Assenza tal-fatt li parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2014

1.      Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Eżami ex officio mill-qorti

2.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Interess ġuridiku — Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 45 u 55(1), it-tieni sentenza tal-Artikolu 58(1) u Artikolu 64(3))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Legalità — Eżami mill-qorti tal-Unjoni — Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

6.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Trade marks figurattivi li ma għandhomx elementi verbali — Paragun fonetiku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

7.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi li jirrappreżentaw stilla f’ċirku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

1.      Billi l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ interess ġuridiku, jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tivverifika ex officio jekk ir-rikorrent għadx għandu interess li jikseb l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

(ara l-punt 22)

2.      Minkejja li ttieħdet deċiżjoni definittiva ta’ revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti, ir-rikorrent għad għandu interess li jikkontesta d-deċiżjoni li laqgħet l-oppożizzjoni mressqa kontra l-applikazzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark.

Ir-revoka tat-trade mark li fuqha tkun ibbażata oppożizzjoni, meta din isseħħ wara deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) li tilqa’ oppożizzjoni bbażata fuq l-imsemmija trade mark, la tikkostitwixxi rtirar u lanqas abrogazzjoni ta’ din id-deċiżjoni tal-aħħar. Fil-fatt, fil-każ ta’ revoka, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009, it-trade mark Komunitarja għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tal-applikazzjoni għal revoka, l-effetti previsti minn dan ir-regolament. Min-naħa l-oħra, sa din id-data, it-trade mark Komunitarja tkun ibbenefikat mill-effetti kollha marbuta ma din il-protezzjoni, previsti mit-Taqsima 2 ta’ dan ir-regolament. Konsegwentement, fid-data li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, it-trade mark Komunitarja preċedenti kienet tabilħaqq tibbenefika mill-effetti kollha previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet. Għaldaqstant, li jiġi kkunsidrat li l-iskop tal-kawża ma jibqax jeżisti meta tittieħed deċiżjoni ta’ revoka fil-mori tal-kawża jkun jammonta, għall-Qorti Ġenerali, għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ motivi li jkunu feġġu wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni, u li la għandhom rilevanza għall-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni, u lanqas effetti fuq il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni li wasslu għar-rikors għal annullament.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata, il-fatt li din tal-aħħar ma tibqax teżisti ex tunc jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent li ma tagħtihx il-konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni. Fil-fatt, kieku l-Qorti Ġenerali kellha tiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, ir-rikorrent ikun jista’ biss jissottometti, quddiem l-Uffiċċju, applikazzjoni ġdida għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tiegħu, mingħajr ma tkun tista’ mbagħad titressaq oppożizzjoni għal din l-applikazzjoni abbażi tat-trade mark Komunitarja preċedenti milquta b’revoka. Min-naħa l-oħra, kieku l-Qorti Ġenerali kellha tiddeċiedi fuq il-mertu u tilqa’ r-rikors, bil-fatt li tikkunsidra li ma kinitx teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, xejn għalhekk ma jimpedixxi r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

Fl-aħħar nett, is-sempliċi fatt li l-appelli mid-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u r-rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom effett sospensiv skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 64(3) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jistax ikun suffiċjenti sabiex jitqiegħed fid-dubju l-interess ġuridiku tar-rikorrent. Fil-fatt, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 207/2009, huwa biss meta oppożizzjoni tiġi miċħuda b’deċiżjoni definittiva li t-trade mark għandha tiġi rreġistrata bħala trade mark Komunitarja.

(ara l-punti 24, 26, 28, 29)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 34, 54)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 39)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43, 51)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 47)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 62)