Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-25 ta’ Marzu 2021 – Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-196/21)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.A.

Konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(3)(d) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “inkluż” tikklassifika espressament fost il-kriterji oġġettivi l-fatt li “[l-applikanti] diġà kellhom l-opportunità li jaċċessaw il-proċedura tal-asil”?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, l-Artikolu 8(3)(d) tad-Direttiva dwar l-akkoljenza II għandu jiġi interpretat fis-sens li fiċ-ċirkustanzi deskritti, it-tqegħid f’detenzjoni huwa ammissibbli biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi stabbiliti minn qabel u tal-konstatazzjoni minn qabel li l-applikant diġà kellu l-opportunità jippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u li fuq il-bażi tagħha jista’ jiġi konkluż li jeżistu raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-imsemmija applikazzjoni ġiet ippreżentata għall-iskop uniku li ttawwal jew tipprevjeni deċiżjoni ta’ ritorn?

____________

1     ĠU 2013, L 180, p. 96.