Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Novembru 2009 - REWE-Zentral vs UASI - Aldi Einkauf (Clina)

(Kawża T-150/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clina - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, A. Bognár u S. Schäffler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Frar 2008 (Każ R 1484/2006-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG u REWE-Zentral AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 158, 21.06.2008