Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Ġunju 2011 - MB System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/11 R)

"Miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Obbligu ta' rkupru - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Brüggen, M. Ackermann u C. Geiert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8289 finali, tal-14 ta' Diċembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) mogħtija mill-Ġermanja favur il-Grupp Biria.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________