Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Settembru 2010 - Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI - Constantina Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO)

(Kawża T-421/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega (Meaño, Spanja) (rappreżentant: E. Sánchez-Quiñones González, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Doña Constantina Sotelo Ares (Cambados, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Lulju 2010, fil-Każ R-1804/2008-4;

tadotta deċiżjoni li tordna r-reġistrazzjoni tat-Trade mark 5635867 ROSALIA DE CASTRO għall-klassijiet 32, 33 u 35, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.filwaqt li tannulla dawk imposti fuq ir-rikorrenti mill-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: trade mark verbali "ROSALIA DE CASTRO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Doña Constantina Sotelo Ares.

Trade mark jew sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: it-trade mark verbali Spanjola "ROSALIA" għal prodotti u servizzi fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni milqugħha.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).