Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Mejju 2011 - Video Research USA vs UASI (VR)

(Kawża T-267/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Video Research USA, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Marzu 2011 fil-Każ R 1187/2010-2;

tirrinvija l-kawża lill-UASI flimkien ma' rakkomandazzjoni li għandu jingħata restitutio in integrum fir-rigward tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 919324;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "VR" - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 919324

Deċiżjoni tad-Diviżjoni "Trade Marks u Reġistru": Talba għal restitutio in integrum miċħuda u annullament tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 919324 ikkonfermat

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-applikazzjoni ta' dan l-artikolu u fl-evalwazzjoni tiegħu tal-fatti meta kkunsidra li r-rappreżentanti tar-rikorrenti naqsu milli jeżerċitaw l-attenzjoni dovuta fiċ-ċirkustanzi.

____________