Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/11) 1

[“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva etossikina – Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE – Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza – Regolament (KE) Nru 2229/2004 – Regolament (KE) Nru 33/2008 – Proċedura mħaffa ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeda International SA (Saint-Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/143/EU, tat-3 ta’ Marzu 2011, li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 59, p. 71).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Xeda International SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.