Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 taʼ April 2013 – Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/11) 1

(Fond Soċjali Ewropew – Skemi ta’ taħriġ – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Preskrizzjoni – Ċertezza legali – Drittijiet tad-difiża – Terminu raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment minn J. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, sussegwentement minn L. Pinto Monteiro, P. Farinha Alves u N. Morais Sarmento, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li tiffissa l-ammont finali tal-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal żewġ skemi ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni C (89) 570, tat-22 ta’ Marzu 1989, għall-finanzjament ta’ skema ta’ taħriġ (fajl 89 0771 P1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.