Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta' Marzu 2009 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-326/07)1

("Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Statuti ta' impriżi privatizzati - Kriterji għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet speċjali miżmuma mill-Istat")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent , P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 43 KE u 56 KE - Klawżola imdaħħla fl-istatuti ta' ċerti impriżi pprivatizzati dwar l-eżerċizzju ta' ċerti poteri speċjali

Dispożittiv

Billi adotta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(2) tad-tad-Digriet tal-10 ta' Ġunju 2004 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri li jistabbilixxi l-kriterji għall-eżerċizzju tad-drittijiet speċjali li jirreferi għalihom l-Artikolu 2 tad-Digriet Legali Nru 332 tal-31 ta' Mejju 1994, adottat wara li ġie emendat permezz tal-Liġi Nru 474 tat-30 ta' Lulju 1994 (decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri, definizione dei criteri di esercizio dei poteri speciali, di cui all'art. 2 del decreto-legge 31 maggio 1994, n. 332, convertito, con modificazioni, dalla legge 30 luglio 1994, n. 474), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont:

-    l-Artikoli 43 KE u 56 KE, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għad-drittijiet speċjali pprovduti fl-Artikolu 2(1) (a) u (b) ta' dan id-digriet legali, kif emendat mil-Liġi Nru 350, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u multiannwali tal-Istat (Liġi Finanzjarja 2004) [legge n. 350, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2004)], tal-24 ta' Diċembru 2003, u

-    l-Artikolu 43 KE, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għad-dritt speċjali pprovduti fl-imsemmi Artikolu 2(1)(c).

2)    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 20.10.2007