Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – GVN vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-583/18) 1

(Għajnuna mill-Istat – Trasport pubbliku għall-passiġġieri – Kumpens għal spejjeż inerenti f'obbligi ta’ servizz pubbliku – Obbligu li jiġu stabbiliti prezzijiet massimi għall-aljievi, studenti, apprendisti u persuni b'mobbiltà mnaqqsa – Artikolu 7a tan-Niedersächsisches Nahverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Lokali ta’ Niedersächsen) – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Trasferiment ta’ riżorsi finanzjarji minn Land għal awtoritajiet organizzattivi tat-trasport fuq livell muniċipali – Kunċett ta’ għajnuna – Obbligu ta’ notifika)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gesamtverband Verkehrsgewerbe Niedersachsen e.V. (GVN) (Hanovre, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Antweiler, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u K.-P. Wojcik, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs u S. Heimerl, aġenti) u Land Niedersachsen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Barth u H. Gading, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4385 final, tat-12 ta’ Lulju 2018, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar il-miżura adottata mil-Land Niedersachsen skont l-Artikolu 7a tan-Niedersächsisches Nahverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Lokali ta’ Niedersächsen) [Każ SA.46538 (2017/NN)] (ĠU 2018, C 292, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gesamtverband Verkehrsgewerbe Niedersachsen e.V. (GVN) minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Land Niedersachsen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 427, 26.11.2018.