Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' April 2012 - Moonich Produktkonzepte & Realisierung vs UASI - Thermofilm Australia (HEATSTRIP)

(Kawża T-184/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH (Sauerlach/Lochhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Pannen avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thermofilm Australia Pty Ltd (Springvale, l-Awstralja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 1956/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "HEATSTRIP" għal prodotti fil-klassijiet 9, 11 u 35 - Applikazzjoni Nru 7 296 676

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Thermofilm Australia Pty Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali mhux irreġistrata "HEATSTRIP", protetta fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fir-Renju Unit għal apparat għat-tisħin

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll tal-Artikolu 75 u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tal-istess regolament.

____________