Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' April 2012 - European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki-Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis vs Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża T-183/12)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki-Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Grecja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenuta: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal- Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (iktar 'il quddiem: l-"Europol"), tas-16 ta' Frar 2012, li biha kien mogħti l-kuntratt qafas lill-kumpannija Capgemini Nederland BV taħt il-proċedura ta' offerti miftuħa Nru. D/C3/1104;

tikkundanna lill-Europol biex tikkumpensa d-danni kkawżati lir-rikorrenti mit-telf tal-opportunità li jirbħu l-kuntratt qafas, l-istess dannu stmat għal EUR 161 887, miżjuda bl-imgħax mid-data tad-dikjarazzjoni tas-sentenza u

tikkundanna lil Europol ibati l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti hemm bżonn li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, skont l-Artikolu 263 TFUE, għar-raġuni li l-Europol biddel matul is-sejħa għal offerti ħafna kriterji ta' għoti kemm fil-valutazzjoni tal-offerta, kemm teknika kif ukoll ekonomika, tal-offerenti, bi ksur sfaċċat tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju Nru. 1605/2002 2 u tar-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu, Nru. 2342/2002 , kif ukoll tal-ġurisprudenza stabbilita.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej.

2 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.