Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 – Wirtgen vs UASI (Appart għaż-żamma ta’ furmatur)

(Kawża T-179/12)1

(“Trade mark Komunitarja – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirtgen GmbH (Windhagen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Jackermeier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 1923/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trademark tridimensjonali li tirrappreżenta l-apparat għaż-żamma ta’ furmatur (toolpost) bħala trade mark Komunitarja.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.