Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto oikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Diċembru 2023 – X vs Maahanmuuttovirasto

(Kawża C-790/23, Qassioun 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Parti oħra fil-proċedura: Maahanmuuttovirasto

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċaħda tal-applikazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tapplika għal sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid ta’ dokument ta’ residenza provviżorju, ibbażat fuq bżonn ta’ protezzjoni, preċedentement mogħti lill-persuna kkonċernata fid-Danimarka, meta d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tkun ittieħdet mhux wara applikazzjoni minn din il-persuna, iżda ex officio mill-awtorità?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.