Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – B vs Dyrektor Izby Skarbowej w W.

(Kawża C-696/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w W

Domanda preliminari

L-Artikolu 41 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità jipprekludu l-applikazzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 25(2) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq Oġġetti u Servizzi) għal tranżazzjonijiet ta’ akkwist intra-Komunitarju mwettqa mill-persuna taxxabbli,

- jekk diġà kienet ġiet applikata t-taxxa fuq dan l-akkwist fit-territorju tal-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mix-xerrej tal-oġġetti ta’ din il-persuna taxxabbli,

- fejn ġie kkonstatat li l-aġir tal-persuna taxxabbli ma kienx relatat ma’ xi tip ta’ frodi tat-taxxa iżda kien ir-riżultat ta’ identifikazzjoni żbaljata ta’ provvisti fi tranżazzjonijiet f’katina u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Pollakk ingħata minnha għal ħtiġijiet ta’ provvista nazzjonali u mhux intra-Komunitarja?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.