Language of document :

Rikors imressaq fid-29 ta' Awwissu 2007 -Domínguez González vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/07)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Juan Luís Domínguez González (Girona, Spanja) (rappreżentant: R. Nicolazzi Angelats, abogado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-ammont ta' EUR 20 310,68 bħala kumpens għad-danni kkawżati, li ma jinkludux id-danni materjali u personali u l-ispejjeż tal-kawża.

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din it-talba għandha bħala suġġett il-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Lulju 1999, li biha ntemm il-kuntratt tiegħu ma' l-Uffiċċju Umanitarju tal-Komunità Ewropea (ECHO), li r-rikorrent iffirma fl-1 ta' Lulju 1999, wara li kien għadda mill-eżami mediku previst f'dan il-kuntratt.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni essenzjalment :

li t-tmiem tal-kuntratt kien ibbażat fuq eżami tal-problemi ta' saħħa tiegħu li sar mingħajr ma ttieħdu in kunsiderazzjoni t-testijiet attwali u għaldaqstant mingħajr ma ttieħdet in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni reali ta' l-istat ta' saħħa tiegħu.

li huwa ma rċieva ebda risposta għall-ittri suċċessivi indirizzati lill-uffiċjali responsabbi ta' l-ECHO sabiex sabiex jiġi kkoreġut l-iżball imsemmi hawn fuq.

li l-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt li kienu jistipulaw li dan il-kuntratt seta' jidħol fis-seħħ biss ladarba l-istat ta' saħħa ta' l-impjegat jkun pożittiv.

li d-dritt ta' difiża tiegħu ġie miksur.

____________