Language of document : ECLI:EU:T:2015:610

Kawża T‑104/13

Toshiba Corp.

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni – Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju – Ksur uniku u kontinwat – Imputabbiltà tal-ksur – Kontroll konġunt – Multi – Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015

1.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Portata

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

2.      Akkordji – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali – Kriterji – Intenzjoni komuni bejn l-impriżi kkonċernati – Intenzjoni li jikkontribwixxu għall-għanijiet komuni li l-impriżi kkonċernati kollha jfittxu li jilħqu – Konoxxenza tal-portata ġenerali u tal-karatteristiċi essenzjali tal-akkordju globali – Oneru tal-prova

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

3.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta' evalwazzjoni – Kontroll eżerċitat mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha – Eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn kumpannija parent li għandha holding minoritarju – Oneru tal-prova – Influwenza determinanti li tista’ tiġi dedotta minn serje ta’ indizji relatati mar-rabtiet ekonomiċi, organizzattivi u ġuridiċi

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

4.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontroll eżerċitat mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha – Kontroll konġunt minn żewġ kumpanniji parent indipendenti – Eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn kumpannija parent li għandha holding minoritarju – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

5.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Portata – Rifjut li jiġi kkomunikat dokument li huwa prova kontra – Prova tal-ksur li tista’ tiġi prodotta b’riferiment għal provi dokumentali oħra kkomunikati lill-partijiet – Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2))

6.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Responsabbiltà tal-kumpannija parent li ma tistax titqies li hija responsabbiltà mingħajr ħtija

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

7.      Kompetizzjoni – Multi – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas – Portata – Imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha – Konsegwenzi għall-kumpannija parent fil-każ ta’ annullament jew ta’ bidla tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

8.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Akkordju bejn impriżi stabbiliti barra miż-Żona Ekonomika Ewropea iżda li huwa implementat u jipproduċi l-effetti tiegħu fis-suq intern – Bejgħ fl-Unjoni tal-prodott suġġett għal kartell – Kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni – Ammissibbiltà fid-dawl tad-dritt internazzjonali pubbliku – Intervent ta’ sussidjarji, aġenti jew fergħat stabbiliti barra l-Unjoni – Assenza ta’ effett

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53)

9.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Implementazzjoni tal-akkordju ġewwa l-Unjoni – Impriża integrata vertikalment li għandha unitajiet ta’ produzzjoni li jinsabu barra miż-Żona Ekonomika Ewropea – Inkorporazzjoni tal-prodotti suġġetti għal kartell fi prodotti lesti mill-imsemmija unitajiet ta’ produzzjoni – Bejgħ tal-imsemmija prodotti lesti fiż-Żona Ekonomika Ewropea mill-impriża integrata – Inklużjoni

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53)

10.    Akkordji – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Kunċett – Kriterji – Għan uniku u pjan globali – Rabtiet ta’ komplementarità bejn il-ftehimiet – Modalitajiet ta’ twettiq tal-ksur – Assenza ta’ effett – Laqgħat organizzati u mmexxija separatament f’diversi kontinenti – Interkonnessjoni bejn il-laqgħat

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

11.    Kompetizzjoni – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Natura ġuridika – Regola ta’ kondotta indikattiva li tinvolvi awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

12.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Proporzjon tal-valur tal-bejgħ iddeterminata skont il-grad ta’ gravità tal-ksur – Kriterji

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19 sa 23)

13.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni globali – Parteċipazzjoni mnaqqsa – Assenza ta’ implementazzjoni tal-akkordju – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

14.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża – Ċirkustanza mhux riprodotta fil-linji gwida l-ġodda – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 2 u 3, u 2006/C 210/02, punt 29)

15.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Bejgħ imwettaq b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur – Inkorporazzjoni tal-prodotti suġġetti għal kartell fi prodotti lesti minn unitajiet ta’ produzzjoni integrati vertikalment fl-impriża implikata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-bejgħ tal-prodotti lesti biss sal-frazzjoni ta’ dan il-valur li jikkorrispondi għall-valur tal-prodotti suġġetti għal kartell – Ammissibbiltà

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 49, 50)

2.      Fil-qasam tal-akkordji, l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwat ma jfissirx neċessarjament li impriża li tipparteċipa f’aspett wieħed jew iktar tiegħu tista’ titqies li hija responsabbli għal dan il-ksur kollu. Barra minn hekk huwa meħtieġ li l-Kummissjoni turi li din l-impriża kienet taf bl-attivitajiet antikompetittivi fuq livell Ewropew tal-impriżi l-oħra jew li setgħet raġonevolment tipprevedihom. Is-sempliċi identiċità tas-suġġett bejn ftehim li fih ipparteċipat impriża u akkordju globali ma hijiex biżżejjed sabiex din l-impriża tinżamm responsabbli għall-parteċipazzjoni fl-akkordju globali. Fil-fatt, l-Artikolu 101(1) TFUE ma japplikax sakemm ma jkunx hemm intenzjoni komuni bejn il-partijiet ikkonċernati.

Għaldaqstant, huwa biss jekk l-impriża, meta hija pparteċipat fi ftehim, kienet taf jew kellha tkun taf li, billi għamlet hekk, hija kienet qed tinvolvi ruħha f’akkordju globali li l-parteċipazzjoni tagħha fil-ftehim ikkonċernat tista’ tikkostitwixxi l-espressjoni tal-adeżjoni tagħha mal-istess akkordju. Fi kliem ieħor, għandu jiġi stabbilit li l-imsemmija impriża kellha l-intenzjoni li, permezz tal-aġir tagħha stess, tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni tal-parteċipanti kollha u li hija kienet konxja mill-aġir li jikkostitwixxi ksur li kien previst jew implementat minn impriżi oħra sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet, jew li hija setgħet raġonevolment tipprevedih u li kienet lesta li taċċetta r-riskju marbut miegħu.

L-impriża kkonċernata għandha għalhekk tkun konxja mill-portata ġenerali u mill-karatteristiċi essenzjali tal-akkordju globali. Issa, fin-nuqqas ta’ indizji li jistabbilixxu li kumpannija kienet konxja mill-eżistenza jew mill-kontenut tal-ftehimiet u tal-prattiki miftiehma fuq livell globali, is-sempliċi identità tas-suġġett bejn il-laqgħat li fihom hija pparteċipat u l-akkordju globali kif ukoll il fatt li hija kellha kuntatti ma’ impriżi li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-imsemmi akkordju ġiet stabbilita ma humiex suffiċjenti sabiex juru li hija kienet konxja minn dan l-akkordju globali.

(ara l-punti 52‑54, 56)

3.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarja jista’ jiġi imputat lill-kumpannija parent b’mod partikolari meta, għalkemm ikollha personalità ġuridika separata, is-sussidjarja ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, iżda essenzjalment tapplika l-istruzzjonijiet li tingħata mill-kumpannija parent, b’mod partikolari fid-dawl tar-rabtiet ekonomiċi, organizzattivi u ġuridiċi li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet ġuridiċi. F’dan ir-rigward, bħala prinċipju, il-Kummissjoni hija obbligata tipprova tali influwenza determinanti abbażi ta’ serje ta’ provi fattwali.

Għalkemm huwa ġeneralment il-pussess ta’ maġġoranza tal-kapital azzjonarju tas-sussidjarja li jista’ jippermetti li l-kumpannija parent teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha u, b’mod partikolari, fuq l-aġir ta’ din tal-aħħar fis-suq, holding minoritarju jista’ wkoll jippermetti li kumpannija parent teżerċita effettivament tali influwenza determinanti jekk dan ikun akkompanjat bi drittijiet li jmorru lil hinn minn dawk li normalment jingħataw lil azzjonisti minoritarji sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tagħhom u li, meta jiġu eżaminati skont il-metodu tas-serje ta’ indizji konverġenti, ta’ natura ġuridika jew ekonomika, ikunu tali li jipprovaw li influwenza determinanti hija eżerċitata fuq l-aġir tas-sussidjarja fis-suq.

(ara l-punti 93, 95‑97)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 99‑102, 122)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 127‑131)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 136)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 145‑148, 235)

8.      Meta impriżi, stabbiliti barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), iżda li jipproduċu oġġetti li jinbiegħu fiż-ŻEE lil terzi, jiftiehmu fuq il-prezzijiet li joffru lill-klijenti tagħhom stabbiliti fiż-ŻEE u jimplementaw dan il-ftehim billi jbigħu bi prezzijiet effettivament ikkoordinati, huma jipparteċipaw fi ftehim li l-għan u l-effett tiegħu huwa li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, u li l-Kummissjoni għandha kompetenza territorjali sabiex tieħu proċeduri kontrih.

Peress li ksur tal-Artikolu 101 TFUE jimplika żewġ elementi ta’ aġir, jiġifieri l-formazzjoni tal-akkordju u l-implementazzjoni tiegħu, li kieku l-applikabbiltà tal-projbizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-kompetizzjoni kellu jkun dipendenti fuq il-post ta’ formazzjoni tal-akkordju, dan kien ovvjament iwassal sabiex jingħata lill-impriżi mezz faċli sabiex jevitaw l-imsemmija projbizzjonijiet. Għalhekk dak li huwa rilevanti huwa l-post fejn l-akkordju jiġi implementat. F’dan ir-rigward, sabiex jiġi ddeterminat jekk dan il-post jinsabx fiż-ŻEE, huwa irrilevanti jekk il-parteċipanti fl-akkordju jkunux irrikorrew jew le għal sussidjarji, aġenti, subaġenti jew fergħat stabbiliti fiż-ŻEE sabiex jistabbilixxu kuntatti bejniethom u x-xerrejja li huma stabbiliti hemmhekk. Barra minn hekk, il-kriterju tal-implementazzjoni ta’ akkordju bħala element li jorbtu mat-territorju tal-Unjoni huwa ssodisfatt mis-sempliċi bejgħ fl-Unjoni tal-prodott suġġett għal kartell, indipendentement mil-lokalizzazzjoni tas-sorsi ta’ provvista u tal-installazzjonijiet ta’ produzzjoni.

Meta l-kundizzjoni dwar l-implementazzjoni tkun issodisfatta, il-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta’ tali aġir hija koperta mill-prinċipju ta’ territorjalità li huwa rrikonoxxut universalment fid-dritt internazzjonali pubbliku.

(ara l-punti 154‑157)

9.      Fil-qasam tal-akkordji, meta impriża integrata vertikalment tinkorpora l-prodotti li jkunu s-suġġett tal-ksur fil-prodotti lesti fl-unitajiet ta’ produzzjoni tagħha li jinsabu barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti lesti fiż-ŻEE minn din l-impriża lil terzi indipendenti jista’ jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq ta’ dawn il-prodotti u, għaldaqstant, tali ksur jista’ jitqies li kellu riperkussjonijiet fiż-ŻEE, anki jekk is-suq tal-prodotti lesti inkwistjoni jikkostitwixxi suq distint mis-suq ikkonċernat mill-imsemmi ksur.

(ara l-punt 161)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 162‑168)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 184)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 187‑197)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 201‑205)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 207‑210)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 212‑228)