Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – AQ vs ECHA

(Kawża T-1101/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AQ (rappreżentanti: C. Mereu u I. Zonca, avukati)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tal-14 ta’ Settembru 2023 fil-proċedura ATD/040/2023 1 .

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv li jallega li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat jekk l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni kunfidenzjali kinitx tippreġudika l-interessi kummerċjali tar-rikorrent skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 1 .

It-tieni motiv li jallega li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi bbażat id-deċiżjoni kkontestata esklużivament fuq il-prinċipju ta’ trasparenza mingħajr ma bbilanċjat l-interessi applikabbli differenti.

____________

1 Din hija proċedura ta’ aċċess għal dokumenti.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.