Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2023 – D’Agostino vs BĊE

(Kawża T-326/23) 1

(“Rikors għad-danni – Politika ekonomika u monetarja – Dikjarazzjoni tal-Presidenta tal-BĊE waqt konferenza stampa – Tqassim tal-kompetenzi bejn korpi tal-BĊE – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Rabta kawżali – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Aldo D’Agostino (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: M. De Siena, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: O. Heinz, M. Ioannidis, L. Cardone u M. Szablewska, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrent jitlob kumpens għad-danni li huwa allegatament ġarrab minħabba dikjarazzjoni magħmula mill-Presidenta tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fit-12 ta’ Marzu 2020.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

Aldo D’Agostino huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 278, 7.8.2023.