Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – Ferrari vs EUIPO – Hesse (TESTAROSSA)

(Kawża T-1103/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ferrari SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: K. Muraro, G. Russo u C. Comolli Acquaviva, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kurt Hesse (Nuremberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “TESTAROSSA” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 910 752 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2023 fil-Każijiet magħquda R 334/2017-5 u R-343/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex l-użu ġenwin tat-trade mark inkwistjoni jintwera għal “vetturi” u “partijiet strutturali u spare parts, komponenti u aċċessorji (ta’ vetturi) inklużi kollha f’din il-klassi; magni”’;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________