Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – IN tIME Express Logistik vs EUIPO (inTime Agile Logistics)

(Kawża T-1100/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: IN tIME Express Logistik GmbH (Isernhagen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Wittwer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “inTime Agile Logistics” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 898 425

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 1134/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenuta, billi temenda d-deċiżjoni kkontestata, tieħu deċiżjoni ġdida dwar ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 898 425 “inTime Agile Logistics” fid-dawl tal-opinjoni tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll matul il-proċedimenti ta’ appell u ta’ eżami.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali flimkien mal-Artikolu 20 u mal-Artikolu 21(1) tal-imsemmija Karta.

____________