Language of document : ECLI:EU:T:2012:689





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 – pelicantravel.com vs UASI – Pelikan (Pelikan)

(Kawża T-136/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva pelikan — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ mala fede mill-applikant — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti ta’ Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44 (1)(ċ)) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 19)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant in male fede fil-mument tal-applikazzjoni għal trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti eżistenti fil-mument tal-applikazzjoni — Konoxxenza tal-applikant tal-użu minn terza persuna ta’ disinn identiku jew simili — Intenzjoni tal-applikant — Grad ta’ protezzjoni ġuridika tad-disinni inkwistjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52 (1) (b)) (ara l-punti 22, 26, 27, 43, 56, 58)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1428/2009‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn pelicantravel.com s.r.o. u Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pelicantravel.com s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.