Language of document : ECLI:EU:T:2015:812





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2015 –
Al‑Faqih et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑134/11)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”

1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Interess li jiġi stmat fid-data tal-preżentata tar-rikors – Rikors ippreżentat kontra att li jimponi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent – Tħassir tal-att fil-mori tal-kawża – Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Inammissibbiltà – Żamma tal-interess tar-rikorrent li jikseb ir-rikonoxximent tal-illegalità tal-att ikkontestat (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 640/2011; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1138/2010 u Nru 1139/2010) (ara l-punti 48-51)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban – Obbligu li jiġu kkomunikati r-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjoni meħuda – Obbligu li l-persuna kkonċernata tiġi permessa tesponi b’mod utli l-opinjoni tagħha dwar il-motivi allegati kontriha (Regolament tal-Kunsill Nru 640/2011; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1138/2010 u Nru 1139/2010) (ara l-punti 63-65)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban – Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill 640/2011; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1138/2010 u Nru 1139/2010) (ara l-punti 74-77)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment għall-annessi kollha – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 83‑85, 88, 89)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2010, tas-7 ta’ Diċembru 2010, li jemenda għall-140 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 322, p. 4), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1139/2010, tas-7 ta’ Diċembru 2010, li jemenda għall-141 darba r‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 322, p. 6), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah u Taher Nasuf huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.