Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Marzu 2011 - pelicantravel.com vs UASI - Pelikan (Pelikan)

(Kawża T-136/11)

Lingwa tar-rikors: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: pelicantravel.com s.r.o. (Bratislava, ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentant: M. Chlipala, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Diċembru 2010, fil-Każ R 1428/2009-2,

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurattiva "Pelikan" għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 39 (Trade mark Komunitarja Nru 3 325 941).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità : meta ppreżenta l-applikazzjoni għal trade mark l-applikant aġixxa in mala fede [Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1].

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : rikors miċħud

Motivi invokati : ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li, skont ir-rikorrenti, l-UASI ma evalwax korrettament iċ-ċirkustanzi fattwali tal-kwistjoni kif ukoll il-provi ppreżentati u wettaq żball ta' liġi, sabiex b'hekk wasal għall-konklużjoni li l-applikazzjoni għal trade mark inkwistjoni ma ġietx ippreżentata in mala fede.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)