Language of document : ECLI:EU:T:2018:925





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T689/16)

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Assenjazzjoni — Deċiżjoni b’effett retroattiv — Artikolu 22a tal-Istatut — Awtorità li ma kellhiex kompetenza — Responsabbiltà — Kumpens għad-danni materjali u morali”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju – Konstatazzjoni ex officio

(ara l-punt 39)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Neċessità ta’ bażi legali fis-seħħ fid-data ta’ adozzjoni– Distinzjoni bejn ir-regoli proċedurali u sostantivi tal-ġurisdizzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 22a)

(ara l-punti 41, 42)

3.      L-Unjoni Ewropea – Istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Delegi – Kundizzjonijiet

(ara l-punt 56)

4.      Uffiċjali – Awtorità tal-Ħatra – Eżerċizzju tas-setgħat – Deroga mit-tqassim stabbilit minn qabel ta’ kompetenzi u jew subdelega – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 2(1))

(ara l-punt 63)

5.      Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi

(Artikolu 270 TFUE)

(ara l-punt 68)

6.      Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova tad-dannu

(Artikolu 270 TFUE)

(ara l-punt 72)

7.      Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti – Obbligi ta’ min iressaq it-talba

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 89(3)(d))

(ara l-punt 83)

8.      Proċedura ġudizzjarja – Miżuri istruttorji – Smigħ ta’ xhieda – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 91 u 94)

(ara l-punti 87, 88)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà tal-Kummissjoni dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-riskorrent, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens ta’ danni materjali u morali li allegatament huwa ġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi Umani u Sigurtà” tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ Nikolaos Pipiliagkas b’effet fl-1 ta’ Jannar 2013, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll in-nofs ta’ N. Pipiliagkas.

4)

N. Pipiliagkas għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.