Rikors ippreżentat fl-4 ta' Frar 2013 - Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)
(Kawża T-54/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG (Schemmerhofen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wekwerth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Novembru 2012, fil-Każ R 2544/2011-1;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "FICKEN LIQUORS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 32, 33 u 35
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(f) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
____________