Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Novembru 2011 - Apple vs UASI - Iphone Media (IPH IPHONE)

(Kawża T-448/10) 

("Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple, Inc. (California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister, u J. Olsen, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Iphone Media, SA (Séville, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Lulju 2010 (Każ R 1084/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Apple, Inc. u Iphone Media, SA.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.