Language of document : ECLI:EU:C:2016:118





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2016 – Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C‑22/15) (1)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Artikolu 132(1)(m) – Provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika – Eżenzjoni tal-kiri ta’ rmiġġi u mħażen tad-dgħajjes lill-membri ta’ assoċjazzjonijiet ta’ sport nawtiku fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ navigazzjoni jew divertiment li ma jistgħux jitqiesu simili għall-isport jew għall-edukazzjoni fiżika – Benefiċċju ta’ eżenzjoni limitat għall-membri ta’ assoċjazzjonijiet ta’ sports nawtiċi li ma jimpjegawx persuni b’salarju għall-provvista tas-servizzi tagħhom– Esklużjoni – Punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 133”

1.                     Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjoni ta’ provvista ta’ ċerti servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, ipprovduti minn entitajiet mingħajr skop ta’ lukru lill-persuni li jipprattikaw l-imsemmija attivitajiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta l-kiri ta’ rmiġġi u mħażen tad-dgħajjes lill-membri ta’ assoċjazzjonijiet ta’ sport nawtiku fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ navigazzjoni jew divertiment li ma jistgħux jitqiesu simili għall-isport jew għall-edukazzjoni fiżika – Inammissibbiltà [Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 132(1)(m))] (ara l-punti 21-25, 28, 29)

2.                     Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjoni ta’ provvista ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, ipprovduti minn entitajiet mingħajr skop ta’ lukru lill-persuni li jipprattikaw l-imsemmija attivitajiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-eżenzjoni għall-assoċjazzjonijiet ta’ sports nawtiċi li ma jimpjegawx persuni b’salarju għall-provvista tas-servizzi tagħhom – Inammissibbiltà [Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 132(1)(m)) u punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 133] (ara l-punti 43-44)

Dispożittiv

1)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2(1), 24(1), u 133 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, flimkien mal-Artikolu 132(1)(m), ta’ din id-direttiva:

–        billi jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud, fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ navigazzjoni jew ta’ divertiment li ma jistgħux jitqiesu sport jew edukazzjoni fiżika, il-kiri ta’ rmiġġi u mħażen tad-dgħajjes lill-membri ta’ assoċjazzjonijiet ta’ sport nawtiku li ma jimpjegawx persuni b’salarju għall-provvista tas-servizzi tagħhom, u

–        billi jillimita, meta l-kiri ta’ rmiġġi u mħażen tad-dgħajjes isir lil persuni li jipprattikaw l-isport u li l-kiri tkun strettament marbuta u indispensabbli għall-prattika ta’ dan l-isport, l-eżenzjoni tal-kiri lill-assoċjazzjonijiet ta’ sports nawtiċi li ma jimpjegawx persuni b’salarju għall-provvista tas-servizzi tagħhom.

2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


1 – ĠU C 228, 13.7.2015.