Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2021 minn KN mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-1 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-377/20, KN vs KESE
(Kawża C-673/21 P)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: KN (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Talbiet
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021, KN vs KESE (T-377/20);
Tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;
Tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Fil-kuntest tal-appell, l-appellant jikkontesta b’mod partikolari l-punti 102 sa 106, 167 sa 169, 171 sa 177 u 197 tas-sentenza appellata.
Insostenn tal-appell, l-appellant jiżviluppa aggravju wieħed, ibbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti mis-sentenza appellata kif ukoll żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li wasslu għal motivazzjoni mhux eżatta fid-dritt.
____________