Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2011 - ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-28/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill irrifjutat li tippromovih fil-grad ta' AD 12 fil-proċedura ta' promozzjoni 2010, kif stabbilit fin-Nota tal-Persunal 80/10 tas-26 ta' April 2010.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu:

jitlob lill-Kunsill jipprovdi r-rapporti dwar l-eks uffiċjali A li ġew promossi għall-grad AD 12 li ġew ikkunsidrati taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2010, kif ukoll l-istatistiki dwar il-medja tal-evalwazzjoni analitika tal-uffiċjali li jirrapportaw l-ewwel li ntbagħtet lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Promozzjoni AD "Amministraturi"

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________