Language of document : ECLI:EU:T:2016:440





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑770/14)

“FEŻR – Regolament (KE) Nru 1083/2006 – Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali “Italja - Malta – 2007-2013” – Nuqqas ta’ osservanza tat-termini – Diżimpenn awtomatiku – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ kooperazzjoni – Prinċipju ta’ partenarjat – Forza maġġuri – Obbligu ta’ motivazzjoni – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Ġestjoni u kontroll – Termini previsti għat-talba tal-ħlas tas-somom mogħtija – Nuqqas ta’ osservanza – Diżimpenn awtomatiku tas-somom mhux mitluba – Eċċezzjoni – Forza maġġuri – Kunċett – Neċessità li jiġu osservati proċeduri ta’ kontroll tal-baġit u tal-finanzi fid-dritt nazzjonali – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 96(ċ)) (ara l-punti 34, 37)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet tal-fondi strutturali (Artikolu 296 TFUE) (ara l‑punti 50, 51)

3.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Emenda ta’ programm ta’ intervent strutturali – Deċiżjoni ta’ emenda li tinkludi żbalji fit-titolu tagħha li allegatament jistgħu jwaqqfu l-implementazzjoni tagħha mill-Istat Membru kkonċernat – Korrezzjoni tardiva mill-Kummissjoni – Ksur tal-prinċipji ta’ partenarjat fil-ġestjoni tal-fondi strutturali, tal-identità kostituzzjonali u tal-kooperazzjoni leali – Assenza (Artikolu 4(2) u (3) TUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 11) (ara l-punti 57, 59)

4.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Ġestjoni u kontroll – Termini previsti għat-talba tal-ħlas tas-somom mogħtija – Nuqqas ta’ osservanza – Diżimpenn awtomatiku tas-somom mhux mitluba – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikoli 93 sa 97) (ara l‑punti 70‑76)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota Ares (2014) 2975571 tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni informat lir-Repubblika Taljana bid-diżimpenn awtomatiku, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ta’ parti mir-riżorsi relatati mal-obbligi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) imsemmija fil-Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali “Italja-Malta 2007-2013”, u min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali tiddikjara bħala eliġibbli għall-finanzjament l-ispejjeż tal-proġetti ImaGenX, Simit u PIM Energethica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.