Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 – Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-463/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: M. Lorenzo Outón, P. Egerique Mosquera, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara li fil-każ tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia l-miżuri implementati ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat illegali;

sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi ddikjarat li RETEGAL ma bbenefikatx direttament jew indirettament minn għajnuna mill-Istat illegali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni, u T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk imressqa f’dawn il-kawżi.

Huwa b’mod partikolari allegat li:

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li kien hemm għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 106(2) TFUE, meta qieset li l-miżuri inkwistjoni huma inkompatibbli mas-suq intern.Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tirrikonoxxi li fis-settur pubbliku inkwistjoni jeżisti nuqqas strutturali u li l-intervent pubbliku kkontestat għandu għan ta’ interess ġenerali, tikklassifika l-għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq intern minħabba ksur tal-kriterju tan-newtralità teknoloġika.Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni billi qieset li għajnuna mill-Istat illegali kienet tħallset lil RETEGAL, impriża tat-telekomunikaz

zjoni instrumentali tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, sa fejn din l-impriża llimitat ruħha għall-akkwist u għall-installazzjoni ta’ tagħmir iffinanzjat mill-fondi pubbliċi inkwistjoni, li l-użu tiegħu sussegwentement ġie ċedut lill-komuni sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiżguraw is-servizz pubbliku ta’ xandir televiżiv fiż-żoni rurali u remoti u għaldaqstant i

kopru n-nuqqas fis-suq li kien jeżisti f’dawn iż-żoni.