Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/12) 1

(Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni prevista mill-awtoritajiet Franċiżi favur SeaFrance SA — Żieda fil-kapital azzjonarju u self mogħti minn SNCF lil SeaFrance — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kriterju ta’ investitur privat — Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, B. Stromsky u T. Maxian Rusche, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/397/UE, tal-24 ta’ Ottubru 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 32600 (2011/C) – Franza – Għajnuna għar-ristrutturar ta’ SeaFrance SA mill-SNCF (ĠU 2012, L 195, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.