Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Frar 2013 - EuroChem MCC vs Il-Kunsill

(Kawża T-84/07) 

["Dumping - Importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u nitrati tal-ammonja provenjenti mir-Russja - Talba għal reviżjoni ta' skadenza ta' miżuri - Talba għal reviżjoni interim - Ammissibbiltà - Valur normali - Prezz tal-esportazzjoni - Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren u B. Evtimov, avukati, sussegwentement B. Evtimov u D. O'Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament ippreżentat kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006, tad-19 ta' Diċembru 2006, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u ta' nitrati ta' l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 200M, p. 470)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 117, 26.05.2007