Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 - Scil proteins vs UASI - Indena (affilene)

(Kawża T-87/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja affilene - Trade mark verbali Komunitarja preċedenti AFFILIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scil proteins GmbH (Halle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Dalichau u I.-M. Helbig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Indena SpA (Milan, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Jannar 2007 (Każ R 10/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Scil proteins GmbH u Indena SpA.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-23 ta' Jannar 2007 (Każ R 10/2006-2) hija annullata sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti li ġejjin: "estratti ta' pjanti mediċinali għall-użu fl-industrija tal-kożmetika u tal-ikel, u mhux għall-finijiet dijanjostiċi".

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 117, 26.5.2007.