Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-62/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, M. Heller u A. Biolan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Rumanija

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/33/UE 1 jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Rumanija, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 38 042.60 għal kull jum ta’ dewmien mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tagħha li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva 2012/33/UE;

tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-18 ta’ Ġunju 2014.

____________

1 Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (ĠU L 327, p. 1).