Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI

(Kawża F-115/11) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Ħatra – Pożizzjoni ta’ Kap ta’ Diviżjoni – Ħatra ta’ kandidat li ma huwiex ir-rikorrenti – Irregolaritajiet tal-proċedura ta’ selezzjoni – Dmir ta’ imparzjalità tal-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni – Imġieba skoretta tal-President tal-Bord ta’ Selezzjoni fil-konfront tar-rikorrenti – Kunflitt ta’ interessi – Espożizzjoni orali komuni għall-kandidati kollha – Dokumenti pprovduti għall-espożizzjoni orali li jistgħu jiffavorixxu wieħed mill-kandidati – Kandidat li pparteċipa fir-redazzjoni tad-dokumenti pprovduti – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza – Rikors għal annullament – Talba għad-danni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CG (rappreżentanti: inizjalment N. Thieltgen, avukat, sussegwentement J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jinħatarx lir-rikorrenti iżda kandidat ieħor fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni fi ħdan il-BEI u t-talba għad-danni.DispożittivId-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-28 ta’ Lulju 2011 dwar il-ħatra ta’ A fil-pożizzjoni ta’ Kap tad-Diviżjoni tal-“Politika tar-riskju u tat-tarifikazzjoni” hija annullata.Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil CG is-somma ta’ EUR 25 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CG.