Language of document : ECLI:EU:C:2023:922


 


 



Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat22 ta’ Novembru 2023 IlKunsill vs Mazepin

(Kawżi C585/23 P(R) u C585/23 P(R)-R)

“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem persuna fiżika fil-lista ta’ persuni, entitajiet u organi suġġetti għal dawn il-miżuri – Sospensjoni tal-proċess ta’ ‘inklużjoni mill-ġdid fil-lista’ ta’ din il-persuna – Pubblikazzjoni ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Obbligu li jittieħdu miżuri dwar il-viżi maħruġa mill-Istati Membri – Miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Imħallef għal miżuri provviżorji”

Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima – Kunċett – Rekwiżit ta’ interess dirett u attwali – Talba għal miżuri proviżorji relatata mal-miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Interess dirett u attwali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40)

(ara l-punti 4 sa 18)

Dispożittiv

1)

Il-punti 1 sa 4 u 6 tad-dispożittiv tad-Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑19 ta’ Settembru 2023, Mazepin vs Il-Kunsill (T‑743/22 R III), għandhom jiġu annullati.

2)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.