Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - ColArt/Americas vs L-UASI (BASICS)

(Kawża T-164/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BASICS - Motivi assoluti ta' rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Trade mark deskrittiva - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Karattru distintiv miksub permezz ta' l-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ColArt/Americas, Inc. (Piscataway, New Jersey, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Soler Borda u R. Zeineh, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-UASI tas-7 ta' April 2006 (każ R 788/2005-4) li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BASICS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ColArt/Americas hija ordnata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 190, 12.8.2006