Language of document : ECLI:EU:F:2014:116

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tieni Awla)

22 ta’ Mejju 2014

Kawża F‑62/13

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Artikolu 32(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ksur tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja — Esklużjoni mill-proċedura ta’ rappreżentant ta’ parti”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA fuq il-bażi tal-Artikolu 106a tiegħu.

Deċiżjoni:      A hija eskluża mill-proċedura, konformement mal-Artikolu 32(1) tar-Regoli tal-Proċedura. Kopja ta’ dan id-digriet hija mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti, Spanjoli u Taljani, li taħthom taqa’ A.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja — Rappreżentanza tal-partijiet — Esklużjoni mill-proċedura ta’ rappreżentant ta’ parti

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 32(1))

L-aġir ta’ avukat li jirrappreżenta parti quddiem il-qrati tal-Unjoni, li jikkonsisti fil-preżentata ta’ rikors ibbażat fuq fatti kważi identiċi għal dawk li taw lok għal rikorsi preċedenti miċħuda bħala manifestament infondati jew manifestament inammissibbli, jew li huma bbażati fuq l-istess motivi sintomatiċi tal-propensità tal-istess parti li b’mod sistematiku u indistint tagħżel it-triq kontenzjuża, jista’ jitqies li huwa inkompatibbli mar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

Tali huwa l-każ meta, permezz ta’ tali aġir, dan l-avukat jikkontribwixxi, mingħajr dixxerniment, sabiex tinżamm l-attitudni litiġjuża tal-parti kkonċernata, li, fid-dawl tan-numru partikolarment kbir ta’ rikorsi ppreżentati quddiem il-qrati tal-Unjoni, numru li l-kobor tiegħu ma setax ma jkunx innotat f’dan il-każ minn avukat raġonevolment diliġenti, tirriżulta li hija partikolarment detrimentali għall-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi applikat l-Artikolu 32(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku billi r-rappreżentant legali jiġi eskluż mill-proċedura. Din l-esklużjoni tobbliga lill-parti kkonċernata tibdel ir-rappreżentant legali, iżda bl-ebda mod ma taffettwa l-evalwazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jagħmel tal-mertu tar-rikors, li bih huwa jibqa’ adit kemm-il darba l-istess parti ma tirrinunzjax għalih.

(ara l-punti 12, 19, 20, 25 u 26)