Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2008 - Mepos Electronics vs UASI (MEPOS)

(Kawża T-297/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mepos Electronics Ltd (Kaohsiung, Tajwan) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008, Każ R 437/2008-2;

tilqa' t-talba għal restitutio in integrum; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "MEPOS" għal prodotti fil-klassi 9 - applikazzjoni Nru 5 770 383

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda tat-trade mark tar-rikorrenti

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati : Ksur ta' l-Artikoli 36, 77(a) u 79 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, kif ukoll ta' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja billi kkonkluda li l-eżaminatur segwa proċediment legali fil-proċess ta' applikazzjoni, ksur ta' l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja billi ma laqgħax it-talba għal restitutio in integrum billi kien hemm nuqqas ta' konformità mat-terminu li fih għandu jiġi ppreżentat appell.

____________