Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 - Laura Ashley vs UASI - Tiziana Bucci (LAURA ASHLEY)

(Kawża T-301/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laura Ashley Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Guise, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Tiziana Bucci (Viareggio, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1237/2007-1 u tiċħad l-oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "LAURA ASHLEY" għal diversi prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 311 675 tat-trade mark figurattiva "Ashley's" għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni Taljana Nru 517 151 tat-trade mark figurattiva "Ashley's" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 646 926 tat-trade mark figurattiva "Ashley's il primo Cashmere Italiano" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell naqas milli jistabbilixxi jekk ir-rikorrenti kinitx qiegħda tuża t-trade mark Komunitarja li għaliha kienet applikat mingħajr raġuni valida.

____________